Min aħna? 

L-Ordni Franġiskan Sekular (OFS) hu t-Tielet Ordni imwaqqaf minn San Franġisk t'Assisi.  L-ewwel żewġ ordnijiet huma dawk tal-Patrijiet u tal-Klarissi.  L-OFS hu ordni magħmul l-aktar minn lajċi li huma ispirati mill-ħajja u t-tagħlim ta' San Franġisk.  San Franġisk għex il-Vanġelu b'mod sħiħ u għallmu lill-oħrajn.  Din hi l-websajt tas-sezzjoni tal-Furjana tal-OFS ta' Malta.  L-OFS jinsab preżenti fid-dinja kollha.  Il-grupp tal-OFS Floriana jiltaqa' darbtejn fix-xahar fejn l-attivitajiet ikunu Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Laqgħa ta' Formazzjoni.  L-attivitajiet isiru dejjem l-Erbgħa fis-6pm.  Il-Quddiesa ssir fil-kappella tal-Madonna ta' Lourdes u l-Laqgħa ta' Formazzjoni ssir fiċ-Ċentru Kultura Franġiskana.

Make a Free Website with Yola.